Help us make the FRA website better for you!
Take part in a one-to-one session and help us improve the FRA website. It will take about 30 minutes of your time.
Qafas CRPD tal-UE - Promozzjoni
Il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-UE u madwar id-dinja hija waħda mill-għanijiet ewlenin tal-UE.
Is-CRPD issa hija parti integrali mill-ordni legali tal-UE. Dan ifisser li l-leġiżlazzjoni u l-prattiki tal-UE għandhom ikunu konsistenti mar-rekwiżiti tal-konvenzjoni.
Kif il-membri tal-Qafas tal-UE jippromwovu s-CRPD
Il-Parlament Ewropew:
- jippromwovi d-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità permezz ta’ dibattiti u seduti pubbliċi, konferenzi u konferenzi stampa;
- jistabbilixxi netwerk inter-kumitati, presedut mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u magħmul minn membri minn diversi kumitati, biex jirrevedu u jiskrinjaw dokumenti u attivitajiet, iqajmu kuxjenza dwar kwistjonijiet relatati mad-diżabilità u jippromwovu approċċ koordinat jekk ikun possibbli.
L-Ombudsman Ewropew:
- tgħin biex tinforma liċ-ċittadini Ewropej dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom;
- taħdem mal-ombudsmen nazzjonali u reġjonali fin-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen biex tippromwovi prattiki amministrattivi tajbin fl-UE kollha.
L-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA):
- tindirizza d-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità bħala komponent speċifiku tal-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tagħha, fosthom permezz tal-pubblikazzjoni ta’ rapporti u materjal ieħor, l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, il-komunikazzjoni u l-avvenimenti;
- tintegra d-diżabilità f’oqsma tematiċi u attivitajiet oħrajn.
Il-Forum Ewropew dwar id-Diżabilità:
- jippromwovi d-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità permezz ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, bħal dawk dwar il-libertà ta’ moviment għall-persuni b’diżabilità
- jimmonitorja l-konformità tal-leġiżlazzjoni u l-politika tal-UE mas-CRPD;
- jagħti pariri tekniċi lill-awtoritajiet pubbliċi u privati dwar l-applikazzjoni tas-CRPD;