Help us make the FRA website better for you!
Take part in a one-to-one session and help us improve the FRA website. It will take about 30 minutes of your time.
CRPD tal-UE - Monitoraġġ
Il-Qafas tal-UE jiġbor data u informazzjoni biex jivverifika li d-dritt tal-Unjoni u l-applikazzjoni tiegħu huma koerenti mas-CRPD.
Kif il-membri tal-Qafas tal-UE għandhom jimmonitorjaw is-CRPD
Il-Parlament Ewropew jimmonitorja l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni permezz ta’ rapporti ta’ implimentazzjoni, rapporti dwar id-drittijiet tal-bniedem, mistoqsijiet orali, studji u valutazzjonijiet ta’ implimentazzjoni.
B'mod partikolari:
- il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (EMPL) huwa responsabbli mill-aspetti kollha tal-politika soċjali u d-diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabilità fuq il-post tax-xogħol u fis-suq tax-xogħol;
- il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE) huwa responsabbli mill-protezzjoni fit-territorju tal-UE tad-drittijiet taċ-ċittadini, tad-drittijiet tal-bniedem u
- tad-drittijiet fundamentali kif ukoll mill-miżuri meħtieġa biex jiġu miġġielda t-tip kollha ta’ diskriminazzjoni, inkluża dik ibbażata fuq id-diżabilità, għajr dawk ibbażati fuq is-sess jew dawk li jseħħu fuq il-post tax-xogħol u fis-suq tax-xogħol;
- il-Grupp ta’ Ħidma tal-Bureau dwar l-Ugwaljanza u d-Diversità jissorvelja l-miżuri amministrattivi biex jimplimenta s-CRPD fis-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament.
L-Ombudsman Ewropew:
- timmonitorja b’mod proattiv l-attivitajiet tal-amministrazzjoni tal-UE permezz ta’ inkjesti u inizjattivi strateġiċi. Hija wettqet tali inkjesta dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali fil-politika ta’ “koeżjoni” tal-UE, fosthom l-użu tal-fondi għall-istituzzjonalizzazzjoni ta’ persuni b’diżabilità. L-Ombudsman kitbet ukoll lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabilità tas-siti web u l-għodod onlajn li timmaniġġja u dwar l-integrazzjoni tat-tfal b’diżabilità fl-Iskejjel Ewropej.
L-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA):
- tiġbor data affidabbli, oġġettiva u komparabbli fl-UE kollha u tipprovdi analiżi indipendenti;
- tirrapporta dwar l-iżviluppi fl-implimentazzjoni tas-CRPD fir-Rapport tad-Drittijiet Fundamentali tagħha;
- tiżviluppa indikaturi tad-drittijiet tal-bniedem biex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni ta’ dawk id-drittijiet, pereżempju fi proġetti dwar il-parteċipazzjoni politika ta’ persuni b’diżabilità u d-dritt għal għajxien indipendenti.
Il-Forum Ewropew dwar id-Diżabilità (EDF):
- jimmonitorja l-leġiżlazzjoni tal-UE għal konformità mal-Konvenzjoni tan-NU u jirċievi lmenti dwar l-implimentazzjoni tagħha;
- iħejji rapport alternattiv u tweġibiet għal-lista ta’ kwistjonijiet għall-eżami tal-implimentazzjoni tal-UE tas-CRPD mill-Kumitat dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità fl-2015. L-EDF u l-membri tiegħu kienu preżenti f’Ġinevra biex jippreżentaw it-tħassib tagħhom lill-Kumitat CRPD.