Take part in a one-to-one session and help us improve the FRA website. It will take about 30 minutes of your time.
YES, I AM INTERESTED NO, I AM NOT INTERESTED
Dispożizzjonijiet generali
Artikolu 52 - L-ambitu u l-interpretazzjoni ta' drittijiet u ta' prinċipji
1. Kull limitazzjoni fl-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-libertajiet rikonoxxuti minn din il-Karta għandha tkun prevista mil-liġi u għandha tirrispetta l-essenza ta' dawk id-drittijiet u l-libertajiet. Bla ħsara għall-prinċipju ta' proporzjonalità, jistgħu jsiru limitazzjonijiet f'dawk il-każijiet biss fejn ikun meħtieġ u fejn ġenwinament jintlaħqu l-objettivi ta' interess ġenerali rikonoxxuti mill-Unjoni jew il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn. 2. Id-drittijiet rikonoxxuti minn din il-Karta li għalihom hemm dispożizzjonijiet fit-Trattati għandhom jiġu eżerċitati skond il-kondizzjonijiet u fil-limiti definiti fihom. 3. Safejn din il-Karta fiha drittijiet li jikkorrispondu għal drittijiet iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, it-tifsira u l-ambitu ta' dawk id-drittijiet għandhom ikunu l-istess bħal dawk stabbiliti mill-Konvenzjoni msemmija. Din id-dispożizzjoni ma żżommx lil-liġi ta' l-Unjoni milli jipprevedi protezzjoni aktar estensiva. 4. Safejn din il-Karta tirrikonoxxi d-drittijiet fundamentali kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, dawk id-drittijiet għandhom ikunu interpretati f'armonija ma' dawk it-tradizzjonijiet. 5. Id-dispożizzjonijiet ta' din il-Karta li fihom prinċipji jistgħu jiġu implimentati b'atti leġislattivi u eżekuttivi meħuda mill-Istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji ta' l-Unjoni, u b'atti ta' l-Istati Membri meta dawn ikunu qegħdin jimplimentaw il-liġi ta' l-Unjoni, fl-eżerċizzju tal-kompetenzi rispettivi tagħhom. Ma jistgħux jiġu invokati fil-qorti ħlief għall-iskop ta' l-interpretazzjoni u d-determinazzjoni tal-legalità ta' dawn l-atti. 6. Għandha tittieħed kunsiderazzjoni sħiħa tal-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali kif speċifikat f'din il- Karta. 7. L-ispjegazzjonijiet imfassla bħala gwida għall-interpretazzjoni ta' din il-Karta għandhom jingħataw il-kunsiderazzjoni dovuta mill-qrati ta' l-Unjoni u ta' l-Istati Membri.
L-Artikolu 52 huwa intiż sabiex jiffissa l-ambitu tad-drittijiet u l-prinċipji tal-Karta, u sabiex jistabbilixxi regoli għall-interpretazzjoni tagħhom. Il-paragrafu 1 jittratta l-arranġamenti għal-limitazzjonijiet ta' drittijiet. Il-formola użata hija bbażata fuq il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja: `... ġie sew stabbilit fil-każistika tal-Qorti li jistgħu jiġu imposti restrizzjonijiet fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali, partikolarment fil-kuntest ta' organizzazzjoni komuni tas-suq, bil-kondizzjoni li dawk ir-restrizzjonijiet jikkorrispondu fil-fatt għall-objettivi ta' interess ġenerali segwiti mill-Komunità u ma jikkostitwixxux, fir-rigward ta' l-għan segwit, indħil sproporzjonat u mhux raġonevoli li jipperikola n-natura proprja ta' dawk id-drittijiet`(sentenza tat- 13 ta' April 2000, Karlsson u oħrajn (C-292/97, Ġabra p. 2737, punt 37)). Ir-referenza għall-interessi ġenerali rikonoxxuti mill-Unjoni tkopri kemm l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kif ukoll interessi oħra protetti minn dispożizzjonijiet speċifiċi tat-Trattati bħall-Artikoli 4(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 35(3), tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u l-artikoli 36 u 346 ta' dan it-Trattat. Il-paragrafu 2 jirreferi għal drittijiet li kienu diġà ggarantiti espressament fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u li ġew rikonoxxuti fil-Karta, u li issa jinstabu fit-Trattati (notevolment id-drittijiet derivati miċ-ċittadinanza ta' l-Unjoni). Huwa jagħmilha ċara li dawn id-drittijiet jibqgħu soġġetti għall-kondizzjonijiet u għal-limiti applikabbli għall-liġi ta' l-Unjoni li fuqu huma bbażati, u li huma previsti fit-Trattati. Il-Karta ma tbiddilx is-sistema tad-drittijiet mogħtija mit-Trattat KE u riprodotta fit-Trattati. Il-paragrafu 3 huwa intiż sabiex jiżgura l-koerenza meħtieġa bejn il-Karta u l-KEDB billi jistabbilixxi r-regola li, safejn id-drittijiet stipulati f'din il-Karta jikkorrispondu wkoll għad-drittijiet iggarantiti mill-KEDB, it-tifsira u l-ambitu ta' dawk id-drittijiet, inklużi l-limitazzjonijiet awtorizzati, huma l-istess bħal dawk stabbiliti mill-KEDB. Dan ifisser partikolarment li l-leġislatur, meta qiegħed jistabbilixxi l-limitazzjonijiet għal dawk id-drittijiet, għandu jagħmel hekk b'konformità ma' l-istess standards iffissati bl-arranġamenti dettaljati tal-limitazzjonijiet previsti fil-KEDB, li huma b'hekk magħmula applikabbli għad-drittijiet koperti b'dan il-paragrafu, mingħajr ma dan jaffetwa b'mod negattiv l-awtonomija tal-liġi ta' l-Unjoni u dik tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea. Ir-referenza għall-KEDB tkopri kemm il-Konvenzjoni kif ukoll il-Protokolli tagħha. It-tifsira u l-ambitu tad-drittijiet iggarantiti huma ddeterminati mhux biss mit-test ta' dawk l-istrumenti, iżda wkoll mill-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u mill-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea. L-aħħar sentenza tal-paragrafu ġiet imfassla sabiex tippermetti lill-Unjoni tiggarantixxi protezzjoni aktar estensiva. Fi kwalunkwe każ, il-livell ta' protezzjoni pprovdut mill-Karta qatt ma jista' jkun inqas minn dak li huwa ggarantit mill-KEDB. Il-Karta ma tolqotx il-possibbiltajiet ta' l-Istati Membri li jirrikorru għall-Artikolu 15 tal-KEDB, li jippermetti derogi mid-drittijiet stipulati fil-KEDB f'każ ta' gwerra jew ta' perikli pubbliċi oħra li jheddu l-ħajja tan-nazzjon, meta jaġixxu fl-oqsma tad-difiża nazzjonali f'każ ta' gwerra u taż-żamma ta' l-ordni, skond ir-responsabbiltajiet tagħhom rikonoxxuti fl-Artikolu 4(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikoli 72 u 347 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. Il-lista tad-drittijiet li, f'dan l-istadju u mingħajr ma jiġi eżkluż ebda żvilupp fid-dritt, fil-leġislazzjoni u fit-Trattati, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala korrispondenti għad-drittijiet fil-KEDB fis-sens tal-paragrafu preżenti hija mogħtija hawn taħt. Ma tinkludix drittijiet addizzjonali għal dawk li hemm fil-KEDB. 1. L-Artikoli tal-Karta fejn kemm is-sens kif ukoll l-ambitu huma l-istess bħal dawk fl-Artikoli korrispondenti tal-KEDB: - l-Artikolu 2 jikkorrispondi għall-Artikolu 2 tal-KEDB; - l-Artikolu 4 jikkorrispondi għall-Artikolu 3 tal-KEDB; - l-Artikolu 5(1) u (2) jikkorrispondi għall-Artikolu 4 tal-KEDB; - l-Artikolu 6 jikkorrispondi għall-Artikolu 5 tal-KEDB; - l-Artikolu 7 jikkorrispondi għall-Artikolu 8 tal-KEDB; - l-Artikolu 10(1) jikkorrispondi għall-Artikolu 9 tal-KEDB; - l-Artikolu 11 jikkorrispondi għall-Artikolu 10 tal-KEDB mingħajr preġudizzju għal xi restrizzjonijiet li l-liġi ta' l-Unjoni tista' jimponi fuq id-dritt ta' l-Istati Membri li jintroduċu l-arranġamenti ta' awtorizzazzjoni msemmija fit-tielet sentenza ta' l-Artikolu 10(1) tal-KEDB; - l-Artikolu 17 jikkorrispondi għall-Artikolu 1 tal-Protokoll tal-KEDB; - l-Artikolu 19(1) jikkorrispondi għall-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru. 4; - l-Artikolu 19(2) jikkorrispondi għall-Artikolu 3 tal-KEDB, kif interpretat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; - l-Artikolu 48 jikkorrispondi għall-Artikolu 6(2) u (3) tal-KEDB; - l-Artikolu 49(1) (bl-eċċezzjoni ta' l-aħħar sentenza) u (2) jikkorrispondi għall-Artikolu 7 tal-KEDB.
2. L-Artikoli fejn is-sens huwa l-istess bħal dak fl-Artikoli korrispondenti tal-KEDB, iżda fejn l-ambitu huwa usa': - l-Artikolu 9 jkopri l-istess qasam bħall-Artikolu 12 tal-KEDB, iżda l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu jista' jiġi estiż għal forom oħra ta' żwieġ jekk dawn huma stabbiliti permezz tal-liġi nazzjonali; - l-Artikolu 12(1) jikkorrispondi għall-Artikolu 11 tal-KEDB, iżda l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu huwa estiż għal-livell ta' l-Unjoni Ewropea; - l-Artikolu 14(1) jikkorrispondi għall-Artikolu 2 tal-Protokoll tal-KEDB, iżda l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu huwa estiż sabiex ikopri aċċess għall-formazzjoni professjonali u kontinwa; - l-Artikolu 14(3) jikkorrispondi għall-Artikolu 2 tal-Protokoll tal-KEDB fir-rigward tad-drittijiet tal-ġenituri; - l-Artikolu 47(2) u (3) jikkorrispondi għall-Artikolu 6(1) tal-KEDB, iżda l-limitazzjoni għad-determinazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi ċivili jew għad-deċiżjoni dwar akkużi kriminali ma tapplikax fir-rigward tal-liġi ta' l-Unjoni u ta' l-implimentazzjoni tagħha; - l-Artikolu 50 jikkorrispondi għall-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru. 7 tal-KEDB, iżda l-ambitu tiegħu huwa estiż għal-livell ta' l-Unjoni Ewropea bejn il-Qrati ta' l-Istati Membri; - Fl-aħħarnett, iċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala barranin fil-kamp tal-applikazzjoni tal-liġi ta' l-Unjoni, minħabba fil-projbizzjoni ta' kwalunkwe diskriminazzjoni fuq bażi ta' nazzjonalità. Il-limitazzjonijiet previsti fl-Artikolu 16 tal-KEDB fir-rigward tad-drittijiet tal-barranin għalhekk ma japplikawx għalihom f'dan il-kuntest.
Ir-regola interpretattiva li tinsab fil-paragrafu 4 hija bbażata fuq it-test ta' l-Artikolu 6(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tieħu l-kont dovut ta' l-approċċ lejn it-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni li segwiet il-Qorti tal-Ġustizzja (per eżempju s-sentenzi tat- 13 ta' Diċembru 1979, Hauer (44/79, Ġabra 1979, p. 3727) u tat- 18 ta' Mejju 1982, AM&S (155/79, Ġabra 1982, p. 1575). Skond din ir-regola, minflok ma jiġi segwit approċċ riġidu ta' 'l-iżgħar denominatur komuni', wieħed għandu jinterpreta d-drittijiet konċernati fil-Karta b'mod li joffri livell għoli ta' protezzjoni, li huwa adegwat għal-liġi ta' l-Unjoni u f'armonija mat-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni. Il-paragrafu 5 jiċċara d-distinzjoni bejn `drittijiet` u `prinċipji` stabbilita fil-Karta. Skond dik id-distinzjoni, id-drittijiet soġġettivi għandhom jiġu rrispettati, waqt li l-prinċipji għandhom jiġu osservati (Artikolu 51(1)). Il-prinċipji jistgħu jiġu implimentati permezz ta' atti leġislattivi jew eżekuttivi (adottati mill-Unjoni skond il-kompetenzi tagħha, u mill-Istati Membri biss meta huma jimplimentaw il-liġi ta' l-Unjoni); għaldaqstant, huma jkollhom sinifikat partikolari għall-Qrati biss meta dawn l-atti jiġu interpretati jew riveduti. Madankollu huma ma jagħtux lok għal xi pretensjonijiet diretti għal azzjoni pożittiva mill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea jew mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri. Dan huwa konsistenti kemm mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara notevolment il-każistika dwar il-`prinċipju ta' prekawzjoni` fl-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea (is-sentenza tal-Qorti tal-Prim' Istanza tal- 11 ta' Settembru 2002 Pfizer (T-13/99, Ġabra p. II-3305) b'bosta referenzi għall-każistika preċedenti, u sensiela ta' sentenzi dwar l-Artikolu 33 (ex-39) dwar il-prinċipji tal-liġi agrikola: per eżempju s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal- 11 ta' Marzu 1987, Van den Berg (265/85, Ġabra 1987, p. 1155: l-eżami tal-prinċipju ta' l-istabbilizzazzjoni tas-suq u ta' aspettativi leġittimi) kif ukoll ma' l-approċċ meħud mis-sistemi kostituzzjonali ta' l-Istati Membri lejn `prinċipji`, b'mod partikolari fil-qasam tal-liġi soċjali. Bħala eżempju, wieħed jista' jsemmi, fost l-eżempji ta' prinċipji rikonoxxuti mill-Karta, l-Artikoli 25, 26 u 37. F'ċerti każijiet, Artikolu tal-Karta jista' jinkludi kemm l-element tal-liġi kif ukoll ta' prinċipju: p.e. l-Artikoli 23, 33 u 34. Il-paragrafu 6 jirriferi għal diversi Artikoli fil-Karta li, fl-ispirtu tas-sussidjarjetà, jagħmlu referenza għal-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali.
Artikel 93 Bepalingen van verdragen en van besluiten van volkenrechtelijke organisaties, die naar haar inhoud een ieder kunnen verbinden, hebben verbindende kracht nadat zij zijn bekendgemaakt.
Article 4 (...) (2) Limitations may be placed upon the fundamental rights and freedoms only by law and under the conditions prescribed in this Charter of Fundamental Rights and Freedoms. (3) Any statutory limitation upon the fundamental rights and freedoms must apply in the same way to all cases which meet the specified conditions. (4) When employing the provisions concerning limitations upon the fundamental rights and freedoms, the essence and significance of these rights and freedoms must be preserved. Such limitations shall not be misused for purposes other than those for which they were enacted.
Článek 4 (...) (2) Meze základních práv a svobod mohou být za podmínek stanovených Listinou základních práv a svobod upraveny pouze zákonem. (3) Zákonná omezení základních práv a svobod musí platit stejně pro všechny případy, které splňují stanovené podmínky. (4) Při používání ustanovení o mezích základních práv a svobod musí být šetřeno jejich podstaty a smyslu. Taková omezení nesmějí být zneužívána k jiným účelům, než pro které byla stanovena.
Article 18 - Limitation on use of restrictions on rights.The restrictions permitted under this Convention to the said rights and freedoms shall not be applied for any purpose other than those for which they have been prescribed.
Article 15 (Exercise and Limitation of Rights) Human rights and fundamental freedoms shall be exercised directly on the basis of the Constitution. The manner in which human rights and fundamental freedoms are exercised may be regulated by law whenever the Constitution so provides or where this is necessary due to the particular nature of an individual right or freedom. Human rights and fundamental freedoms shall be limited only by the rights of others and in such cases as are provided by this Constitution. Judicial protection of human rights and fundamental freedoms, and the right to obtain redress for the violation of such rights and freedoms, shall be guaranteed. No human right or fundamental freedom regulated by legal acts in force in Slovenia may be restricted on the grounds that this Constitution does not recognise that right or freedom or recognises it to a lesser extent.
15. člen (uresničevanje in omejevanje pravic) Človekove pravice in temeljne svoboščine se uresničujejo neposredno na podlagi ustave. Z zakonom je mogoče predpisati način uresničevanja človekovih pravic in temeljnih svoboščin, kadar tako določa ustava, ali če je to nujno zaradi same narave posamezne pravice ali svoboščine. Človekove pravice in temeljne svoboščine so omejene samo s pravicami drugih in v primerih, ki jih določa ta ustava. agotovljeni sta sodno varstvo človekovih pravic in temeljnih svoboščin ter pravica do odprave posledic njihove kršitve. Nobene človekove pravice ali temeljne svoboščine, urejene v pravnih aktih, ki veljajo v Sloveniji, ni dopustno omejevati z izgovorom, da je ta ustava ne priznava ali da jo priznava v manjši meri.
Article 13 (...) (2) Limits to basic rights and freedoms may be set only by law under conditions laid down in this Constitution. (3) Legal restrictions of basic rights and freedoms must apply equally to all cases which meet prescribed conditions. (4) When restricting basic rights and freedoms, attention must be paid to their essence and meaning. These restrictions may only be used for the prescribed purpose.
Čl. 13 (...) (2) Medze základných práv a slobôd možno upraviť za podmienok ustanovených touto ústavou len zákonom. (3) Zákonné obmedzenia základných práv a slobôd musia platiť rovnako pre všetky prípady, ktoré spĺňajú ustanovené podmienky. (4) Pri obmedzovaní základných práv a slobôd sa musí dbať na ich podstatu a zmysel. Takéto obmedzenia sa môžu použiť len na ustanovený cieľ.
Artigo 16.º (Âmbito e sentido dos direitos fundamentais) 1. Os direitos fundamentais consagrados na Constituição não excluem quaisquer outros constantes das leis e das regras aplicáveis de direito internacional. 2. Os preceitos constitucionais e legais relativos aos direitos fundamentais devem ser interpretados e integrados de harmonia com a Declaração Universal dos Direitos do Homem. Artigo 18.º (Força jurídica) 1. Os preceitos constitucionais respeitantes aos direitos, liberdades e garantias são directamente aplicáveis e vinculam as entidades públicas e privadas. 2. A lei só pode restringir os direitos, liberdades e garantias nos casos expressamente previstos na Constituição, devendo as restrições limitar-se ao necessário para salvaguardar outros direitos ou interesses constitucionalmente protegidos. 3. As leis restritivas de direitos, liberdades e garantias têm de revestir carácter geral e abstracto e não podem ter efeito retroactivo nem diminuir a extensão e o alcance do conteúdo essencial dos preceitos constitucionais.
Article 16 (Scope and interpretation of fundamental rights) (1) The fundamental rights contained in this Constitution shall not exclude any other fundamental rights provided for in the laws or resulting from applicable rules of international law. (2) The provisions of this Constitution and of laws relating to fundamental rights shall be construed and interpreted in harmony with the Universal Declaration of Human Rights. Article 18 (Legal force) (1) The constitutional precepts with regard to rights, freedoms and guarantees are directly applicable and are binding on public and private entities. (2) Rights, freedoms and guarantees may be restricted by law in only those cases expressly provided for in this Constitution; restrictions shall be limited to the extent necessary to safeguard other rights or interests protected by this Constitution. (3) Laws restricting rights, freedoms and guarantees shall be general and abstract in character, shall not have retroactive effect and shall not limit, in extent or scope, the essential content of the constitutional provisions.
Constitution of the Republic of PolandArticle 31.3. Any limitation upon the exercise of constitutional freedoms and rights may by imposed only by statute, and only when necessary in a democratic state for the protection of its security or public order, or to protect the natural environment, health or public morals, or the freedoms and rights of other persons. Such limitations shall not violate the essence of freedoms and rights.
Art. 31.3. Ograniczenia w zakresie korzystania z konstytucyjnych wolności i praw mogą być ustanawiane tylko w ustawie i tylko wtedy, gdy są konieczne w demokratycznym państwie dla jego bezpieczeństwa lub porządku publicznego, bądź dla ochrony środowiska, zdrowia i moralności publicznej, albo wolności i praw innych osób. Ograniczenia te nie mogą naruszać istoty wolności i praw.
116. The rights of persons set out in Articles ninety-six, ninety-seven, ninety-eight, one hundred, one hundred and two, one hundred and three, one hundred and six, and one hundred and eight of the Constitution may be subject to restrictions in circumstances provided for by law in order to protect the rights of other people, the democratic structure of the State, and public safety, welfare and morals. On the basis of the conditions set forth in this Article, restrictions may also be imposed on the expression of religious beliefs.
116. Personas tiesības, kas noteiktas Satversmes deviņdesmit sestajā, deviņdesmit septītajā, deviņdesmit astotajā, simtajā, simt otrajā, simt trešajā, simt sestajā un simt astotajā pantā, var ierobežot likumā paredzētajos gadījumos, lai aizsargātu citu cilvēku tiesības, demokrātisko valsts iekārtu, sabiedrības drošību, labklājību un tikumību. Uz šajā pantā minēto nosacījumu pamata var ierobežot arī reliģiskās pārliecības paušanu.
Article 19 (1) Insofar as, under this Basic Law, a basic right may be restricted by or pursuant to a law, such law must apply generally and not merely to a single case. In addition, the law must specify the basic right affected and the Article in which it appears. (2) In no case may the essence of a basic right be affected. (3) The basic rights shall also apply to domestic artificial persons to the extent that the nature of such rights permits.
Artikel 19 (1) Soweit nach diesem Grundgesetz ein Grundrecht durch Gesetz oder auf Grund eines Gesetzes eingeschränkt werden kann, muß das Gesetz allgemein und nicht nur für den Einzelfall gelten. Außerdem muß das Gesetz das Grundrecht unter Angabe des Artikels nennen. (2) In keinem Falle darf ein Grundrecht in seinem Wesensgehalt angetastet werden. (3) Die Grundrechte gelten auch für inländische juristische Personen, soweit sie ihrem Wesen nach auf diese anwendbar sind.
Article 4 La liberté consiste à pouvoir faire tout ce qui ne nuit pas à autrui : ainsi, l'exercice des droits naturels de chaque homme n'a de bornes que celles qui assurent aux autres Membres de la Société la jouissance de ces mêmes droits. Ces bornes ne peuvent être déterminées que par la Loi.
Article 4 Liberty consists in the freedom to do everything which injures no one else; hence the exercise of the natural rights of each man has no limits except those which assure to the other members of the society the enjoyment of the same rights. These limits can only be determined by law.
Section 23 Basic rights and liberties in situations of emergency Such provisional exceptions to basic rights and liberties that are compatible with Finland's international human rights obligations and that are deemed necessary in the case of an armed attack against Finland or in the event of other situations of emergency, as provided by an Act, which pose a serious threat to the nation may be provided by an Act or by a Government Decree to be issued on the basis of authorisation given in an Act for a special reason and subject to a precisely circumscribed scope of application. The grounds for provisional exceptions shall be laid down by an Act, however. Government Decrees concerning provisional exceptions shall without delay be submitted to the Parliament for consideration. The Parliament may decide on the validity of the Decrees.
23 § Perusoikeudet poikkeusoloissa Perusoikeuksista voidaan säätää lailla tai laissa erityisestä syystä säädetyn ja soveltamisalaltaan täsmällisesti rajatun valtuuden nojalla annettavalla valtioneuvoston asetuksella sellaisia tilapäisiä poikkeuksia, jotka ovat välttämättömiä Suomeen kohdistuvan aseellisen hyökkäyksen samoin kuin muiden kansakuntaa vakavasti uhkaavien, laissa säädettyjen poikkeusolojen aikana ja jotka ovat Suomen kansainvälisten ihmisoikeusvelvoitteiden mukaisia. Lailla on kuitenkin säädettävä tilapäisten poikkeusten perusteet. Tilapäisiä poikkeuksia koskevat valtioneuvoston asetukset on saatettava viipymättä eduskunnan käsiteltäviksi. Eduskunta voi päättää asetusten voimassaolosta.