Take part in a one-to-one session and help us improve the FRA website. It will take about 30 minutes of your time.
YES, I AM INTERESTED NO, I AM NOT INTERESTED
Biex tassigura l-kumplementarjetà u l-valur miżjud, l-Aġenzija tikkoordina l-attivitajiet tagħha ma’ dawk tal-Kunsill tal-Ewropa, b’mod partikolari fir-rigward tal-Programm ta’ Ħidma Annwali tagħha u l-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili. Għal dak il-għan, il-Komunità Ewropea daħlet fi qbil mal-Kunsill tal-Ewropa bil-għan li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn dan tal-aħħar u l-Aġenzija. F’Lulju 2020, il-Kunsill tal-Ewropa ħatar lil Philippe Boillat bħala persuna indipendenti biex ikun parti mill-Bord Eżekuttiv tal-FRA u mill-Bord ta’ Tmexxija tal-FRA, u lil Lawrence Early bħala l-membru supplenti.
Il-persuna indipendenti maħtura mill-Kunsill tal-Ewropa tipparteċipa fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Tmexxija li, b’mod partikolari, jadotta l-Programm ta’ Ħidma Annwali u r-Rapport Annwali u jaħtar il-membri tal-Kumitat Xjentifiku.
Philippe Boillat jieħu post il-Prof. Rainer Hofmann. Il-membri preċedenti kienu s-Sna de Boer-Buquicchio u s-Sur Guy De Vel.
Il-FRA tikkoopera mill-qrib mal-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa li ġejjin:
Kuntatt:
Massimo Toschi, kuntatt tal-FRA dwar il-kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa FRA_CoEcooperation(at)fra.europa.eu