Help us make the FRA website better for you!
Take part in a one-to-one session and help us improve the FRA website. It will take about 30 minutes of your time.
Kooperazzjoni
Il-FRA taħdem mill-qrib mas-sħab tagħha fil-livelli kollha tal-Unjoni Ewropea biex tiżgura li l-attivitajiet tagħha jkunu rilevanti għall-kwistjonijiet attwali u x-xejriet futuri relatati mad-drittijiet fundamentali. L-aġenzija twettaq konsultazzjonijiet ma' firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati sabiex tiżgura li l-proġetti tagħha jirrispondu għal lakuni u ħtiġijiet speċifiċi. Sabiex jinġabru flimkien l-għarfien u r-riżorsi, il-FRA tikkoordina r-riċerka u tikkondividi l-għarfien espert ma' għadd kbir ta' organizzazzjonijiet.
Il-FRA tikkoopera kontinwament mal-Istituzzjonijiet u mal-Istati Membri tal-UE biex tipprovdilhom pariri esperti indipendenti u analiżi tad-drittijiet fundamentali. Din stabbilixxiet kemm networks kif ukoll rabtiet mas-sħab fil-livelli kollha, sabiex il-pariri u r-riċerka tagħha jkunu jistgħu jaslu għand dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-gvernijiet nazzjonali u fl-UE.
F’dan il-qafas, li-FRA żżomm relazzjonijiet ta’ ħidma partikolarment mill-qrib ma’:
L-istituzzjonijiet tal-UE u korpi oħrajn
L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea
Is-soċjetà ċivili u l-Pjattaforma tad-Drittijiet Fundamentali