Take part in a one-to-one session and help us improve the FRA website. It will take about 30 minutes of your time.
YES, I AM INTERESTED NO, I AM NOT INTERESTED
Dispożizzjonijiet generali
Artikolu 54 - Il-projbizzjoni ta' l-abbuż ta' dritt
L-ebda dispożizzjoni ta' din il-Karta m'għandha tiġi interpretata b'mod li timplika dritt li ssir attività jew isir xi att li hu intiż biex jeqred xi dritt jew libertà rikonoxxuti f'din il-Karta jew biex jillimitahom b'mod aktar estiż minn kif previst f'din il-Karta..
Dan l-Artikolu jikkorrispondi għall-Artikolu 17 tal-KEDB:
`Ebda ħaġa li hemm f'din il-Konvenzjoni ma għandha tiġi interpretata li xi Stat, grupp jew persuna għandha xi dritt li tidħol f'xi attività jew tagħmel xi att maħsub biex jeqred xi wieħed mid-drittijiet u mil-libertajiet kontemplati f'din il-Konvenzjoni jew biex tillimitahom aktar minn dak provdut fil-Konvenzjoni.`
[*] Nota editorjali: ir-referenzi għan-numru ta' l-Artikoli tat-Trattat ġew aġġornati u ġew ikkoreġuti wkoll xi żbalji ovvji.