Help us make the FRA website better for you!
Take part in a one-to-one session and help us improve the FRA website. It will take about 30 minutes of your time.
EU Charter of Fundamental Rights
Artikolu 3 - Id-dritt għall-integrità tal-persuna
1. Kull persuna għandha d-dritt għar-rispett ta' l-integrità fiżika u mentali tagħha.
2. Fl-oqsma tal-mediċina u tal-bijoloġija, dawn li ġejjin għandhom jiġu rispettati b'mod partikolari:
a) il-kunsens liberu u infurmat tal-persuna kkonċernata, skond il-proċeduri stabbiliti mil-liġi;
b) il-projbizzjoni ta' prattiċi ewġeniċi, partikolarment dawk li jimmiraw għas-selezzjoni tal-persuni;
ċ) il-projbizzjoni li l-ġisem tal-bniedem u l-partijiet tiegħu, bħala tali, jintużaw bħala mezz ta' gwadann finanzjarju;
d) il-projbizzjoni tal-klonazzjoni riproduttiva tal-bnedmin.