Take part in a one-to-one session and help us improve the FRA website. It will take about 30 minutes of your time.
YES, I AM INTERESTED NO, I AM NOT INTERESTED
Libertajiet
Artikolu 16 - Il-libertà ta' l-intrapriża
Il-libertà ta' l-intrapriża skond il-liġi ta' l-Unjoni u l-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali hija rikonoxxuta.
Dan l-Artikolu hu bbażat fuq il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, li rrikonoxxiet il-libertà li tiġi eżerċitata attività ekonomika jew kummerċjali (ara s-sentenzi ta' l- 14 ta' Mejju 1974, Nold (4/73, Ġabra 1974, p. 491, punt 14) u tas- 27 ta' Settembru 1979, SpA Eridiana u oħrajn (230-78, Ġabra 1979, p. 2749, punti 20 sa 31) u l-libertà ta' kuntrattazzjoni (ara, fost l-oħrajn, is-sentenzi tas- 16 ta' Jannar 1979, Sukkerfabriken Nykøbing, (151/78, Ġabra 1979, p. 1, punt 19) u tal- 5 ta' Ottubru 1999, Spanja vs Il-Kummissjoni (C-240/97, Ġabra 1999, p. I-6571, punt 99) u fuq l-Artikolu 119(1) u (3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, li jirrikonoxxi l-kompetizzjoni libera. Għandu jinftiehem li dan id-dritt għandu jiġi eżerċitat b'rispett għall-liġi ta' l-Unjoni u tal-leġislazzjoni nazzjonali. Dan id-dritt jista' jkun soġġett għal-limitazzjonijiet previsti fl-Artikolu 52(1) tal-Karta.