Help us make the FRA website better for you!

Take part in a one-to-one session and help us improve the FRA website. It will take about 30 minutes of your time.

YES, I AM INTERESTED NO, I AM NOT INTERESTED

eu-charter

EU Charter of Fundamental Rights

Artikolu 1 - Is-dinjità tal-bniedem

Artikolu 1 - Is-dinjità tal-bniedem

Id-dinjità tal-bniedem hija invjolabbli. Hija għandha tkun irrispettata u protetta.

    • Text:

      Id-dinjità tal-bniedem mhix biss dritt fundamentali fiha nfisha iżda tikkostitwixxi l-bażi nnifisha tad-drittijiet fundamentali. Id-Dikjarazzjoni Universali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem ta' l-1948 naqqxet id-dinjità tal-bniedem fil-preambolu tagħha: `...billi r-rikonoxximent tad-dinjità inerenti u tad-drittijiet indaqs u inaljenabbli tal-membri kollha tal-familja umana hu l-pedament tal-libertà, tal-ġustizzja u tal-paċi fid-dinja.` Fis-sentenza tagħha tad- 9 ta' Ottubru 2001, l-Olanda vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill, (C-377/98 ,Ġabra 2001, p. I-7079, punti 70 sa 77) il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li d-dritt fundamentali għad-dinjità tal-bniedem hu parti mil-liġi ta' l-Unjoni.
      B'dan jirriżulta, b'mod partikolari, li l-ebda wieħed mid-drittijiet stabbiliti f'din il-Karta ma jista' jintuża sabiex jagħmel ħsara lid-dinjità ta' persuna oħra, u li d-dinjità tal-bniedem hija parti mis-sustanza tad-drittijiet stabbiliti f'din il-Karta. Għaldaqstant għandha tiġi rrispettata, ukoll meta jkun hemm limitazzjoni ta' dritt.

      Source:
      Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 303/17 - 14.12.2007
      Preamble - Explanations relating to the Charter of Fundamental Rights:
      Dawn l-ispjegazzjonijiet ġew imħejjija oriġinarjament taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni li abbozza l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Huma ġew aġġornati taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni Ewropea, fid-dawl ta' l-aġġustamenti li saru għat-test tal-Karta minn dik il-Konvenzjoni (partikolarment fl-Artikoli (51 U 52) u ta' l-evoluzzjoni fil-liġi ta' l-Unjoni. Għalkemm dawn l-ispjegazzjonijiet m'għandhomx fihom infushom l-istatus ta' liġi, huma mezz siewi ta' interpretazzjoni intiż sabiex ikunu ċċarati d-dispożizzjonijiet tal-Karta.
    • S. Coleman v Attridge Law and Steve Law
      Decision date:
      Deciding body type:
      Court of Justice of the European Union
      Deciding body:
      Opinion of Advocate General
      Type:
      Opinion
      Policy area:
      ECLI (European case law identifier):

    0 results found

    0 results found

    0 results found