Is-sena 2020 ġabet magħha kemm progress kif
ukoll ostakli f’termini ta’ protezzjoni tad-drittijiet
fundamentali. Ir-Rapport dwar id-Drittijiet
Fundamentali 2021 tal-FRA jirrieżamina l-iżviluppi
ewlenin fil-qasam, filwaqt li jidentifika kemm ilkisbiet
kif ukoll l-oqsma ta’ tħassib li fadal.
Dan is-sommarju jippreżenta l-informazzjoni
intuwittiva prinċipali mit-tieni rapport prinċipali
tal-FRA bbażat fuq l-Istħarriġ tagħha dwar id-
Drittijiet Fundamentali. L-istħarriġ ġabar data minn
madwar 35,000 persuna dwar l-esperjenzi,
il-perċezzjonijiet u l-fehmiet tagħhom dwar firxa
ta’ kwistjonijiet li huma koperti b’mod varjat
mid-drittijiet tal-bniedem.
L-Istituzzjonijiet Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (NHRIs) huma parti vitali mis-sistema ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-livell ta’ pajjiż. Billi jqajmu kuxjenza, jipprovdu pariri, jimmonitorjaw u jżommu lill-awtoritajiet responsabbli, huma għandhom rwol ċentrali fin-navigazzjoni tal-isfidi l-kbar tad-drittijiet tal-bniedem tal-ġurnata tal-lum – billi jindirizzaw kemm it-tħassib persistenti bħad-diskriminazzjoni kif ukoll l-inugwaljanza, u kwistjonijiet ġodda bħall-implikazzjonijiet tad-drittijiet tal-intelliġenza artifiċjali u talpandemija tal-COVID-19.
Dan is-sommarju jippreżenta l-informazzjoni
intuwittiva ewlenija mill-ewwel rapport tal-FRA
bbażat fuq l-Istħarriġ tagħha dwar id-Drittijiet
Fundamentali. L-istħarriġ ġabar data minn madwar
35 000 persuna dwar l-esperjenzi, il-perċezzjonijiet
u l-fehmiet tagħhom dwar firxa ta’ kwistjonijiet li
huma koperti b’mod varjat mid-drittijiet talbniedem.
Is-sena 2019 ġabet magħha kemm progress kif ukoll
ostakoli f’termini ta’ protezzjoni tad-drittijiet
fundamentali. Ir-Rapport dwar id-Drittijiet
Fundamentali 2020 tal-FRA jirrieżamina żviluppi
ewlenin fil-qasam, filwaqt li jidentifika kemm il-kisbiet
kif ukoll l-oqsma ta’ tħassib li għad fadal. Din ilpubblikazzjoni
tippreżenta l-opinjonijiet tal-FRA dwar
l-iżviluppi ewlenin fl-oqsma tematiċi koperti, u taqsira
tal-evidenza li tappoġġa dawn l-opinjonijiet. Meta
tagħmel dan, hija tipprovdi ħarsa ġenerali kompatta
iżda informattiva tal-isfidi ewlenin fil-qasam taddrittijiet
fundamentali li qed tiffaċċja kemm l-UE kif
ukoll l-Istati Membri tagħha.
Dan il-fuljett jassisti lill-uffiċjali u l-awtoritajiet sabiex jinfurmaw lill-applikanti għall-ażil u lill-immigranti b’mod li jinftiehem u li hu aċċessibbli dwar l-ipproċessar tal-marki tas-swaba tagħhom fil-Eurodac.
Dan ir-rapport jiddeskrivi fil-qosor xi riżultati magħżula mit-tieni stħarriġ tal-FRA fuq skala kbira
madwar l-UE rigward il-migranti u l-minoranzi (EU-MIDIS II). Huwa jeżamina l-esperjenzi ta’
kważi 6,000 persuna ta’ dixxendenza Afrikana fi 12-il Stat Membru tal-UE. Ir-riżultati juru li,
kważi għoxrin sena wara l-adozzjoni ta’ liġijiet tal-UE li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni, persuni
ta’ dixxendenza Afrikana fl-UE għadhom jiffaċċjaw preġudizzju u esklużjoni mifruxa u stabbiliti.
Tfal imċaħħda mill-kustodja li jinsabu fi Stat Membru ieħor tal-UE differenti minn dak tagħhom
stess għandha l-għan li ssaħħaħ ir-rispons tal-atturi rilevanti kollha għall-protezzjoni tat-tfal.
Il-protezzjoni ta’ dawk il-bniet u s-subien hija essenzjali u obbligu għall-Istati Membri tal-UE, li
jirriżulta mill-qafas legali internazzjonali u Ewropew. Il-gwida tinkludi enfasi fuq it-tfal vittmi tattraffikar
u t-tfal f’riskju, filwaqt li timplimenta azzjoni stipulata fil-Komunikazzjoni tal-2017 biex
tissaħħaħ l-azzjoni tal-UE kontra t-traffikar tal-bnedmin, u tqis xejriet identifikati, inkluż fir-rigward
tal-ispeċifiċità għas-sess tar-reat.
Is-sena 2018 ġabet magħha kemm progress kif ukoll ostakli f’termini ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. Ir-Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali 2019 tal-FRA jirrevedi żviluppi ewlenin f’dan il-qasam, filwaqt li jidentifika kemm il-kisbiet kif ukoll l-oqsma ta’ tħassib li għad fadal. Din il-pubblikazzjoni tippreżenta l-opinjonijiet tal-FRA dwar l-iżviluppi ewlenin floqsma tematiċi koperti u taqsira tal-evidenza li tappoġġja dawn l-opinjonijiet.
L-Istati Membri għandhom dmir espliċitu li jippromwovu l-applikazzjoni tal-Karta. Dawn il-folji tal-pajjiżi jappoġġjaw dak l-isforz billi jagħtu eżempji tal-użu tal-Karta u jenfasizzaw kif il-Karta żżid il-valur.
Dan ir-rapport jiddeskrivi fil-qosor is-sejbiet ewlenin tat-tieni stħarriġ tal-FRA dwar l-esperjenzi
ta’ persuni Lhud rigward reati ta’ mibegħda, diskriminazzjoni u antisemitiżmu fl-Unjoni
Ewropea — l-akbar stħarriġ fost il‑persuni Lhud li qatt sar madwar id-dinja.
Dawn l-10 elementi ewlenin jirrappreżentaw il-punti ewlenin li qajmu l-komunikaturi u l-prattikanti f’diversi oqsma f’laqgħat ta’ esperti talFRA, seminars tal-prattikanti u gruppi fokus fl-2017 u fl-2018.
Is-sena 2017 ġabet magħha kemm progress kif ukoll ostakoli f’termini ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. Ir-Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali 2018 tal-FRA jirrevedi żviluppi ewlenin f’dan il-qasam, filwaqt li jidentifika kemm il-kisbiet kif ukoll l-oqsma ta’ tħassib li jifdal.
It-tfal huma detenturi ta’ drittijiet b’mod sħiħ. Huma benefiċċjarji tad-drittijiet tal-bniedem
u d-drittijiet fundamentali kollha u soġġetti ta’ regolamenti speċjali, minħabba l-karatteristiċi
speċjali tagħhom. Dan il-manwal għandu l-għan li juri kif id-dritt Ewropew u l-każistika jakkomodaw
l-interessi u l-bżonnijiet speċifiċi tat-tfal.