Help us make the FRA website better for you!
Take part in a one-to-one session and help us improve the FRA website. It will take about 30 minutes of your time.
Cookies
Aħna nużaw cookies tal-ewwel parti għall-funzjonament tekniku tas-sit web u, jekk inti tagħti l-kunsens tiegħek għalih, biex niġbru l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek fuq is-sit web tagħna għal statistika anonimizzata, li l-għan tagħha huwa li ttejjeb il-komunikazzjoni tagħna u s-servizz li noffru.
F’din il-paġna tista’ ssib l-għażla biex timmaniġġja l-kunsens tiegħek.
Sabiex tkun tista’ tara vidjo tal-FRA fuq is-sit web tagħna, messaġġ se jinnotifikak li jeħtieġ li taċċetta l-cookies ta’ partijiet terzi ta’ YouTube biex tagħmel dan. YouTube għandu l-politiki dwar il-cookies u l-privatezza tiegħu stess li fuqhom m’għandna l-ebda kontroll. Ma tiġi installata l-ebda cookie minn YouTube sakemm ma tagħtix il-kunsens tiegħek għall-cookies ta’ YouTube.
Cookies tal-ewwel parti għall-funzjonament tekniku tas-sit web
Dan is-sit web jitħaddem fuq is-sistema ta’ ġestjoni tal-kontenut (CMS) ta’ Drupal. Drupal tistabbilixxi xi cookies sabiex ittejjeb l-esperjenza tal-utent u tgħin fil-kunsinna tas-sit (eż. biex tittestja jekk utent għandux JavaScript attivat.) Il-cookies li ġejjin huma stabbiliti minn Drupal fuq dan is-sit:
Isem tal-cookie |
Dominju |
Tiskadi / Età massima |
Għan |
fs |
fra.europa.eu |
Sessjoni |
Taħżen id-daqs tat-tipa li jkun għażel l-utent. |
has_js |
fra.europa.eu |
Sessjoni |
Tinforma lis-sistema ta’ ġestjoni tal-kontenut jekk għandekx il-javascript attivat fis-settings tal-brawżer tiegħek. Tista’ tipprovdi kontenut b’mod xieraq skont is-settings tiegħek. Tiskadi meta tagħlaq il-brawżer. |
eu_cookie_consent |
.europa.eu |
Sessjoni |
Tinforma lis-sistema ta’ ġestjoni tal-kontenut jekk inti tkunx tajt il-kunsens tiegħek li taċċetta cookies analitiċi aggregati u cookies ta’ YouTube. |
Cookies tal-ewwel parti użati minn Matomo Analytics
Aħna nużaw l-analitika tal-web Matomo biex nimmonitorjaw u nivvalutaw l-effettività u l-effiċjenza tas-sit web tal-FRA.
Matomo hija pjattaforma analitika b’sors miftuħ li hija kkontrollata kompletament mill-FRA. Din il-pjattaforma tippermetti l-protezzjoni tad-data personali tal-utent finali grazzi għall-karatteristiċi bħad-deidentifikazzjoni tal-indirizz tal-IP. Minbarra dan, il-FRA ħolqot karatteristika għall-ġestjoni tal-kunsens tal-utenti għall-ġbir tal-esperjenza tal-ibbrawżjar tal-utenti għal statistika anonimizzata.
Isem tal-cookie |
Dominju |
Tiskadi / Età massima |
Għan |
_pk_id. |
fra.europa.eu |
13-il xahar |
Biex tintraċċa jekk utent huwiex ġdid għas-sit jew viżitatur ripetut. |
_pk_ses. |
fra.europa.eu |
30 minuta |
Biex tintraċċa liema paġni nfetħu |
Informazzjoni u miżuri dwar il-protezzjoni tad-data f’Matomo
Matomo hija kkonfigurata biex taħżen cookies tal-ewwel parti.
Il-cookies (minn Matomo) jippermettu lill-FRA tintraċċa l-informazzjoni li ġejja dwar il-viżitaturi. Aħna nużaw din l-informazzjoni biex inħejju rapporti statistiċi aggregati u anonimi dwar l-attività tal-viżitaturi:
- Indirizz tal-IP (b’2 bytes moħbija)
- Post: pajjiż, reġjun, belt, latitudni u lonġitudni approssimattivi (Ġeolokalizzazzjoni)
- Data u ħin tat-talba (żjara fis-sit)
- Titolu tal-paġna murija (Titolu tal-Paġna)
- URL tal-paġna murija (URL tal-Paġna)
- URL tal-paġna li ntweriet qabel il-paġna attwali (URL Riferjali)
- Riżoluzzjoni tal-iskrin tal-apparat tal-utent
- Il-ħin fiż-żona ta’ ħin lokali tal-viżitatur
- Fajls li ġew ikklikkjati u mniżżla (Download)
- Links għal dominju estern li ġew ikklikkjati (Outlink)
- Il-ħin ta’ ġenerazzjoni tal-paġni (il-ħin li jdumu l-paġni web biex jiġu ġġenerati mis-server tas-sit web u mbagħad biex jitniżżlu mill-viżitatur: Veloċità tal-paġna)
- Il-lingwa prinċipali tal-brawżer li qed tintuża (Accept-Language header)
- Il-verżjoni tal-brawżer, il-plugins tal-brawżer (PDF, Flash, Java, …) il-verżjoni tas-sistema operattiva, l-identifikatur tal-apparat (User-Agent header)
- Lingwa tal-paġna li żar l-utent
- Kampanji
- Tfittxija fuq is-Sit
L-FRA żżomm kontroll sħiħ tad-data miġbura permezz ta’ cookies tal-ewwel parti billi taħżen id-data f’servers li jkunu taħt il-pussess u l-kontroll sħiħ tal-Aġenzija nnifisha.
Minbarra xi cookies tas-sessjoni, tiġi ġġenerata cookie persistenti tal-ID każwali minn Matomo, li tippermetti lill-FRA tidentifika meta utent jerġa’ jżur is-sit. Din il-cookie għandha data ta’ skadenza ta’ 13-il xahar, u wara din titneħħa awtomatikament mill-apparat tal-utent.
Cookies ta’ partijiet terzi użati minn YouTube
Sabiex tkun tista’ tara vidjo tal-FRA fuq is-sit web tagħna, messaġġ se jinnotifikak li jeħtieġ li taċċetta l-cookies ta’ partijiet terzi ta’ YouTube biex tagħmel dan.
Isem tal-cookie |
Dominju |
Tiskadi / Età massima |
Għan |
1P_JAR |
.google.com |
xahar (1) |
Tiġbor statistika ta’ siti web u rati ta’ konverżjoni ntraċċati. |
CONSENT |
.google.com |
20 sena |
Din il-cookie tintuża biex jiġu ssejvjati l-preferenzi tal-utent u informazzjoni oħra. Din tinkludi b’mod partikolari l-lingwa ppreferuta, l-għadd ta’ riżultati tat-tiftix li għandhom jintwerew fuq il-paġna kif ukoll id-deċiżjoni dwar jekk il-filtru ta’ Tiftixa Sigura ta’ Google għandux jiġi attivat jew le. |
DV |
www.google.com |
7 minuti |
Din il-cookie tintuża biex jiġu ssejvjati l-preferenzi tal-utent u informazzjoni oħra. Din tinkludi b’mod partikolari l-lingwa ppreferuta, l-għadd ta’ riżultati tat-tiftix li għandhom jintwerew fuq il-paġna kif ukoll id-deċiżjoni dwar jekk il-filtru ta’ Tiftixa Sigura ta’ Google għandux jiġi attivat jew le. |
GPS |
.youtube.com |
Jum (1) |
Tirreġistra ID unika fuq apparati mobbli biex ikun jista' jsir intraċċar ibbażat fuq il-pożizzjoni ġeografika tal-GPS. |
IDE |
.doubleclick.net |
Sena (1) |
Użata minn Google DoubleClick biex tirreġistra u tirrapporta l-azzjonijiet tal-utent tas-sit web wara li jara jew jikklikkja fuq wieħed mir-reklami ta’ min jirreklama bl-iskop li jkejjel l-effikaċja ta’ reklam u jippreżenta reklami mmirati lill-utent. |
NID |
.google.com |
6 xhur |
Tirreġistra ID unika li tidentifika l-apparat ta’ utent li jerġa’ jżur is-sit. L-ID tintuża għar-reklami mmirati. |
PREF |
.youtube.com |
8 xhur |
Tirreġistra ID unika li tintuża minn Google biex iżomm statistika dwar kif il-viżitatur juża l-vidjos ta’ YouTube fuq siti web differenti. |
VISITOR_INFO1_LIVE |
.youtube.com |
179 jum |
Tipprova tistma l-wisa’ tal-banda tal-utenti fuq paġni b’vidjos integrati ta’ YouTube. |
YSC |
.youtube.com |
Sessjoni |
Tirreġistra ID unika biex iżżomm statistika dwar liema vidjos ra l-utent minn YouTube. |
Kunsens għall-ġbir tal-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek għal statistika anonimizzata u biex jintwerew vidjos ta’ YouTube
B’mod awtomatiku, l-esperjenza tal-ibbrawżjar tal-viżitaturi tas-sit web tagħna MA TIĠIX intraċċata mill-FRA u lanqas minn xi parti terza. Madankollu, tista’ tagħżel li tagħti l-kunsens tiegħek biex tikkontribwixxi l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek fuq is-sit web tagħna biex nipproduċu statistika anonimizzata jew biex taċċetta cookies ta’ partijiet terzi biex tkun tista’ tara vidjos integrati ta’ YouTube fuq is-sit web tagħna.
Jekk inti tattiva l-għażla Tintraċċax (ara hawn taħt għal spjegazzjoni) fil-brawżer tal-web tiegħek, aħna nirrispettaw l-għażla tiegħek u l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek fuq is-sit web tagħna ma tiġix intraċċata għall-istatistika anonimizzata tagħna.
Jekk inti ma tkunx attivajt l-għażla Tintraċċax, aħna nipprovdulek strixxun tal-cookies biex inti tagħmel l-għażla tiegħek u tinstalla cookie msejħa “eu_cookie_consent” biex tkun tista’ żżomm rekord tal-għażla tiegħek. Jekk tagħti l-kunsens tiegħek għall-analitika, allura Matomo jiġi attivat u jittellgħu xi cookies rilevanti. Inti dejjem tista’ tiddeċiedi li tirtira l-kunsens tiegħek jew terġa’ tagħti kunsens fi kwalunkwe ħin fuq din il-paġna.
L-“eu_cookie_consent” hija cookie ta’ sessjoni: jekk tagħlaq il-brawżer tiegħek u jekk l-għażla tiegħek Tintraċċax ma tiġix attivata, jerġa’ jintwera l-istrixxun tal-cookies biex iġġedded l-għażla tiegħek.
F’każ li inti tkun iddiżattivajt il-cookies kollha, jerġa’ jintwera l-istrixxun tal-cookies ma’ kull żjara fis-sit web tagħna.
Jekk tixtieq tagħti l-kunsens tiegħek għall-analitika u għal cookies ta’ partijiet terzi ta’ YouTube (jew tirtira l-kunsens tiegħek għalihom):
Tintraċċax preferenzi
Tintraċċax hija funzjoni li tippermetti li l-viżitaturi ma jiġux intraċċati mis-siti web. L-għażliet Tintraċċax huma disponibbli f’numru ta’ brawżers fosthom:
Aċċess ristrett għall-informazzjoni
Il-komunikazzjoni tad-data kollha tal-analitika tiġi kriptata permezz ta’ protokoll HTTPS. Ir-rapporti analitiċi ġġenerati minn Matomo jistgħu jiġu aċċessati biss minn persunal tal-Aġenzija awtorizzat li jittratta l-Matomo jew minn subkuntratturi esterni awtorizzati kif xieraq, li jistgħu jkunu meħtieġa janalizzaw, jiżviluppaw u/jew imantnu b’mod regolari ċerti siti.
Ħabi ta’ indirizzi tal-IP
Nota: l-istituzzjoni, il-belt u l-pajjiż ta’ oriġini għall-finijiet ta’ statistika huma ddeterminati mill-IP sħiħ, imbagħad jinħażnu u jiġu aggregati qabel ma jinħbew. Matomo tuża mekkaniżmu ta’ deidentifikazzjoni tal-IP li jaħbi b’mod awtomatiku porzjon tal-IP ta’ kull viżitatur (Protokoll tal-Internet), li effettivament jagħmilha impossibbli li wieħed jidentifika viżitatur partikolari tas-sit web tal-FRA permezz tal-indirizz uniku tal-IP.
Reġistri tal-viżitaturi
Matomo tħassar b’mod awtomatiku r-reġistri tal-viżitaturi wara 54 ġimgħa. Id-data anonimizzata u aggregata tinħażen għal perjodu indefinit mill-FRA għall-finijiet ta’ analiżi.
Cookies tal-midja soċjali
L-FRA hija attiva fuq ħames pjattaformi tal-midja soċjali. Il-preżenza tagħna fil-komunitajiet ta’ Twitter, YouTube, Facebook, Instagram u LinkedIn issaħħaħ il-preżenza u l-viżibilità tagħna online.
- Is-sit web tal-FRA ma jistabbilixxix cookies meta jintwerew links għall-mezzi tal-midja soċjali tagħna meta tkun qed tibbrawżja s-sit web tagħna.
- Tista’ tara vidjos tal-FRA, li aħna ntellgħu (ninkorporaw) ukoll fil-paġna ta’ YouTube tagħna. Tista’ ssegwi wkoll il-links mis-sit web tagħna għal Twitter, Facebook, Instagram u LinkedIn.
- Sabiex tkun tista’ tara vidjo tal-FRA fuq is-sit web tagħna, messaġġ se jinnotifikak li jeħtieġ li taċċetta l-cookies ta’ YouTube biex tagħmel dan. YouTube għandu l-politiki dwar il-cookies u l-privatezza tiegħu stess li fuqhom m’għandna l-ebda kontroll. Ma tiġi installata l-ebda cookie minn YouTube sakemm ma tagħtix il-kunsens tiegħek għall-cookies ta’ YouTube.
- Bl-istess mod, meta tikklikkja fuq il-buttuni ta’ LinkedIn jew ta’ Facebook fuq is-sit web tagħna, se tiġi dirett mill-ġdid lejn is-siti web rilevanti, li lkoll għandhom il-politiki tagħhom stess dwar il-cookies u l-privatezza li fuqhom m’għandna l-ebda kontroll. Tista’ ssib il-politiki dwar il-cookies tal-ħames mezzi tal-midja soċjali li fuqhom hija attiva l-FRA hawnhekk:
Kuntatt
Tista’ tistaqsi dwar il-mod kif nużaw il-cookies permezz tal-formola ta’ kuntatt tagħna.