Help us make the FRA website better for you!

Take part in a one-to-one session and help us improve the FRA website. It will take about 30 minutes of your time.

YES, I AM INTERESTED NO, I AM NOT INTERESTED

Dwar il-FRA

Aħna ċ-ċentru ta’ referenza u ta’ eċċellenza indipendenti għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-UE.
Aħna ngħinu biex l-Ewropa ssir post aħjar biex tgħix u taħdem fiha. Ngħinu niddefendu d-drittijiet fundamentali tan-nies kollha li jgħixu fl-UE.

Żgħażagħ irġiel u nisa b’kulur tal-ġilda differenti

Id-drittijiet fundamentali jappartjenu lil kulħadd fl-UE. Ma jimpurtax min int, x’temmen jew kif tagħżel li tgħix.

    Aħna ngħinu nippromwovu u nipproteġu dawk id-drittijiet, inklużi d-drittijiet tiegħek li:

    • Tkun ħieles mid-diskriminazzjoni abbażi tal-età, tad-diżabilità jew tal-isfond etniku
    • Ikollok id-data personali tiegħek protetta
    • Tikseb aċċess għall-ġustizzja

    Aħna naħdmu mal-partijiet ikkonċernati mil-livell lokali għal dak internazzjonali. It-tim tagħna jikkondividi għarfien ibbażat fuq l-evidenza u pariri esperti ma’ dawk li jfasslu l-politika u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet.